Żagħżugħ ta’ 22 sena ġie kkundannat ħames snin ħabs wara li nstab ħati li tliet snin ilu kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tifla ta’ 12-il sena.
Il-każ imur lura għal Awwissu tal-2021 f’Marsaskala, fejn iż-żagħżugħ kellu x’jaqsam ma’ persuna taħt is-16-il sena.
Waqt li ż-żagħżugħ kien interrogat mill-Pulizija, huwa ammetta li kellu x’jaqsam magħha meta kienu fis-sodda flimkien ma’ żagħżugħ li kienet qed toħroġ miegħu.
It-tfajla kkonfermat li flimkien mal-għarus tagħha marru għand l-akkużat u bdiet titkellem miegħu rigward is-sess. Imbagħad hu wriha ritratt bla ħwejjeġ u s-sitwazzjoni kompliet teskala.
Waqt is-seduta, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ikkonfermat li t-tifla instigat lill-akkużat biex ikollu x’jaqsam magħha. Fl-istess waqt il-Maġistrat qalet ukoll li l-akkużat kellu jirrealizza li t-tifla kienet għadha taħt l-età.
Il-Maġistrat sabitu ħati u kkundannatu ħames snin ħabs dan filwaqt li ordnat li ismu jitniżżel fir-reġistru ta’ dawk li abbużaw mit-tfal.
//= $special ?>