Sal-aħħar ta’ Diċmebru 2023, fil-pajjiż kien hawn 115,721 ħaddiem barrani f’Malta li minnhom 78,881 ħaddiem kienu minn barra l-UE u 36,840 ħaddiem ċittadin tal-UE.
Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema barranin li għandhom permess biex jaħdmu f’Malta jew f’Għawdex u ta’ liema nazzjonalità huma u kemm hu n-numru għal kull nazzjonalità.
Il-Minsitru Byron Camilleri wieġeb li skont l-informazzjoni ta’ Jobsplus, in-numru ta’ permessi attivi maħruġa minn Jobsplus sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 kienu li fil-pajjiż hawn 36,840 ħaddiem ċittadin tal-UE, li minnhom 32,777 kienu full-time u 4,063 part-time.
Jirriżulta li ħaddiema minn pajjiżi minn barra l-UE kien hemm 78,881 ħaddiem li minnhom 76,837 huma full-time u 2,044 kienu part-time. Kien hemm ukoll 200,772 ħaddiem Malti li minnhom 172,941 kienu full-time u 27,831 part-time għal total ta’ 316,493 ħaddiem.
//= $special ?>