Qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali li għaddew, il-gvern ħareġ total ta’ €9,117,605 f’ċekkijiet lil persuni li m’għandhomx ċittadinanza Maltija.
Id-Deputat Nazzjonalista Graham Bencini staqsa lill-Ministru għall-Finanzi jagħti breakdown tan-nazzjonalitajiet tal-84,361 persuna li m’għandhomx ċittadinanza Maltija u li rċevew ċekk bejn l-1 ta’ Mejju 2024 u s-6 ta’ Ġunju 2024, u jagħti wkoll ir-raġuni għaliex inħarġu dawn iċ-ċekkijiet flimkien mal-ammont totali ta’ dawn iċ-ċekkijiet.
Il-Ministru tal-Finanzi wieġeb li l-breakdown tan-nazzjonalitajiet ma tistax tingħata għax dak il-livell ta’ dettal mhuwiex disponibbli. Hu kkonferma li l-ammont totali ta’ ċekkijiet li ħarġu lil persuni li m’għandhomx ċittadinanza Maltija hu ta’ €9,117,605.