Lokali Parlament

Id-dejn nazzjonali tela’ minn €4.9 biljun fl-2012 għal €9.7 biljun fl-2023


Id-dejn nazzjonali tela’ minn €4.9 biljun fl-2012 għal €9.7 biljun fl-2023.


Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi jgħid kemm kien id-dejn nazzjonali għal kull sena mill-2012.


Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana wieġeb li fl-2012 id-dejn nazzjonali kien €4.9 biljun; fl-2013 kien €5.2 biljun; fl-2014 kien €5.4 biljun; fl-2015 kien €5.6 biljun; fl-2016 kien €5.7 biljun; fl-2017 kien €5.7 biljun; fl-2018 kien €5 biljun; fl-2019 kien €5.7 biljun; fl-2020 kien €6.9 biljun; fl-2021 kien €8.2 biljun; fl-2022 kien €8.9 biljun; u fl-2023 id-dejn nazzjonali kien € 9.7 biljun.