Lokali Parlament

Il-gvern mhux impenjat għal investiment fir-riċerka


Ryan Callus, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fil-Parlament li l-gvern mhux impenjat għal investiment fir-riċerka tant li qed jinvesti biss €1.3 miljun f’dan is-settur.


Ryan Callus qal li fl-2012, Gvern Nazzjonalista kien iffirma ftehim ta’ ħames snin mal-Aġenzija Spazjali Ewropea biex fl-2017 kien iffirmat it-tieni ftehim ta’ kooperazzjoni. Issa qed isir it-tielet pass.


Ryan Callus qal li l-pajjiż irid jagħmel ħafna iktar biex ilaħħaq ma’ pajjiżi oħra bħal Ċipru li għamlu passi ikbar minn ta’ Malta fir-riċerka. Anki l-Kroazja għamlet dawn l-avvanzi fir-riċerka tant li kisbet is-sħubija sħiħa bħala pajjiż Ewropew fl-Aġenzija Spazjali ta’ Kooperazzjoni Ewropea. Dawn iż-żewġ pajjiżi llum jinsabu aħjar minn Malta għaliex Malta għadha biss osservatur.


Hu qal li l-ispazju jagħti l-faċilità ta’ titjib fir-riċerka medika u tkellem dwar il-fatt li l-gvern alloka biss €1.3 miljun lill-università għar-riċerka meta r-riċerkaturi Maltin għandhom ħiliet kbar. Dan iwassal biex Malta tibqa’ waħda mill-pajjiżi fil-livelli t’isfel fir-riċerka u qed iwassal ukoll biex Malta titlef l-opportunitajiet fis-settur tar-riċerka.