Lokali Parlament

Il-parlament sospiż għax mar id-dawl


Is-seduta parlamentari tal-lum kienet sospiża għal xi ħin għaliex mar id-dawl fil-bini tal-Parlament.


Kien proprju waqt is-seduta parlamentari meta l-Ministru Zrinzo Azzopardi kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut li mar id-dawl u l-Ispekaer kellu jissospendi s-seduta.


Din is-sitwazzjoni ta’ qtugħ tad-dawl fil-Parlament ġabet kummenti minn membri tal-Oppożizzjoni aktar u aktar wara li l-Ministru Miriam Dalli ddikjarat li dan is-sajf mhux se jkun hemm qtugħ ta’ dawl għaliex sar investiment fil-cables. L-ewwel indikazzjonijiet huma li l-qtugħ tad-dawl effettwa wkoll diversi partijiet tal-Belt.


Is-seduta parlamentari kompliet wara xi ħin meta s-servizz tad-dawl irritorna.