Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jassigura li l-fondi pubbliċi ma jinħlewx f’korruzjoni

Robert Abela jekk vera jried inaqqas id-dejn, għandu jieqaf jopponi t-talba tal-Partit Nazzjonalista

Hekk sostna s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino meta spjega li r-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-excessive deficit procedure ma semmiex biss is-sussidju tad-dawl imma semma’ wkoll il-ħela, u kwistjonijiet oħrajn bħat-traffiku u l-importanza ta’ sorsi rinnovabbli ta’ enerġija.

Michael Piccinino insista illi Robert Abela jaf li l-Partit Nazzjonalista mhux kontra s-sussidji; però qed jipprova jdawwar il-fatti.

Mal-MaltaToday, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tenna li r-riżultati ta’ dawn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali żeraw tama ġdida, hekk kif il-Partit Nazzjonalista huwa partit li joffri direzzjoni differenti minn dik li offra l-Gvern ta’ Abela  – tant li issa l-PN ilu żmien twil jitkellem dwar mudell ekonomiku differenti li jgħin lin-nies.

Il-vizjoni li qed joffri l-Partit Nazzjonalista kienet ukoll evidenti fil-proposti li preżenta għall-elezzjonijiet ta’ 8 ta’ Ġunju.

Michael Piccinino stqarr ukoll li ll-ħidma għall-Elezzjoni Ġenerali tibda minn issa stess, biex b’hekk il-Partit Nazzjonalista vermaent joffri l-aqwa kandidati