Il-Prinċipessa Anne ta’ 73 sena sofriet ġrieħi ħfief u konkussjoni wara inċident il-Ħadd filgħaxija fil-proprjetà ta’ Gatcombe Park, ħabbar Buckingham Palace aktar kmieni llum.
Fi stqarrija, il-palazz qal: “Il-Prinċipessa Rjali ġarrbet ġrieħi ħfief u konkussjoni wara inċident fil-proprjetà ta’ Gatcombe Park ilbieraħ filgħaxija. Il-Prinċipessa baqgħat l-Isptar ta’ Southmead, fi Bristol, bħala miżura ta’ prekawzjoni għall-osservazzjoni u mistennija tagħmel irkupru rapidu.”
Aktar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni huma mistennija hekk kif aktar dettalji jsiru disponibbli.
//= $special ?>