Lokali Parlament

Il-proprjetà għoliet b’16% fi tliet snin


Stanley Zammit, PN


Fid-dibattitu parlamentari dwar abbozz ta’ liġi li joħloq l-Aġenzija dwar is-Suq tal-Propjetà, id-Deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal li l-proprjetà għoliet b’16% fi tliet snin.


Stanley Zammit tkellem dwar il-prezzijiet tal-proprjetà residenzjali u qal li l-indiċi żdiedu b’16% fi tliet snin mill-2015. Hu kompla li l-PN jaqbel mal-ħolqien tal-Aġenzija tas-Suq tal-Propjretà li se jkollha l-iskop li tkun ir-regolatur tal-intermedjarji. Din l-Aġenzija għandha tagħti tagħti iżjed ċertezza, il-kwalità tal-proprjetà u s-servizz offrut u l-governanza tajba.


Din l-aġenzija trid tkun il-forza primarja biex ir-rwol tal-intermedjarji jżid il-valur tal-proċess u ma jkunx biss saff ieħor li jgħolli l-prezzijiet.


Għalhekk din l-aġenzija għandu jkollha il-viżjoni tad-direzzjoni tal-gvern. Dan wara li l-mudell ekonomiku ġab żieda kbira fil-prezzijiet tal-proprjetà. L-aċċessibbiltà għall-informazzjoni dwar is-suq hi kruċjali. L-aġenzija għandha tiggartantixxi suq ġust għall-partijiet kollha u għandha tippromwovi l-ESG fis-settur tal-proprjetà.