Fil-partita tal-Ħadd filgħaxija minn Grupp A bejn l-Iskozja u l-Ungerija, sar aċċident gravi meta l-attakkant Ungeriż Barnabàs Varga kellu kollużjoni mal-goalkeeper Skoċċiż Angus Gunn u spiċċa weġġa’ serjament, b’dan l-aċċident jikkawża trattament pjuttost tawwali matul il-partita.
Fi stqarrija ppubblikata mill-UEFA ftit sigħat ilu, intqal li ma kien hemm l-ebda dewmien żejjed fuq dan il-każ, kuntrarju ta’ dak li ntqal mill-Federazzjoni Ungeriżi kif ukoll mill-captain tat-tim Dominik Szoboszlai wara l-partita. Szoboszlai kien jihder imbikkem waqt l-aċċident hekk kif il-ħabta mill-ewwel derhet waħda kerha.
Waqt il-konferenza ta’ wara l-partita l-captain Szoboszlai kkritika l-istaff mediku u qal li damu wisq biex taw it-trattament meħtieġ lil Varga. Tant kemm hu hekk, li Szoboszlai nnifsu ġarr l-istrecher għal Vargas u kien parti fundamentali mit-trattament.
L-attakkant Vargas skorja l-unika gowl Ungeriż fit-telfa kontra l-Iżvizzera ta’ 3-1.
Huwa weġġa’ parti sostanzjali minn ħalqu fil-ħabta.
//= $special ?>