FʼMejju 2024, in-numru taʼ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien taʼ 1,223 biex bʼhekk kien hemm żieda taʼ 307 persuni meta mqabbel mal-istess xahar fl-2023.
L-ammont ta’ persuni bla xogħol kienu ilu mill-2022 ma jaqbeż l-1,000 persuna fejn kien innotat li l-ammont kien qed jonqos ftit ftit. Iżda issa, fuq sena, l-ammont żdied b’iktar minn 300 persuna.
Iż-żidiet fir-reġistrar dehru fil-gruppi tal-età kollha, bl-irġiel kienu jgħoddu mad-69.4% taʼ dawk li kienu qegħdin jirreġistraw.
Sena għal sena, kienu rreġistrati żidiet taʼ 305 persuni fl-għadd taʼ dawk li kienu ilhom jirreġistraw anqas minn 21 ġimgħa u żieda taʼ ħames persuni fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw bejn 21 u 52 ġimgħa. Min-naħa l-oħra, dawk li kienu fuq ir-reġistru iżjed minn sena naqsu bi tlieta.
FʼMejju 2024, in-numru taʼ persuni bʼdiżabbiltà li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol żdied bʼ25 meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq il-249 persuna. L-irġiel kienu jgħoddu 80.3% tal-għadd sħiħ taʼ dawk imniżżlin fir-reġistru tal-qgħad bħala persuni bʼdiżabbiltà.
L-irġiel u n-nisa fuq ir-reġistru tal-qgħad kienu qed ifittxu l-aktar impjiegi taʼ appoġġ klerikali, bʼ24.1% u bi 38.2%, rispettivament.
//= $special ?>