Fil-logħba bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera l-Ħadd filgħaxija, Jonathan Tah intwera t-tieni karta safra tiegħu fil-fażi tal-Gruppi, biex b’hekk se jkun qiegħed jitlef il-partita tal-fażi tal-aħħar sittax. L-ewwel karta safra għal Tah waslet fl-ewwel logħba tal-kompetizzjoni kontra l-Iskozja fit-62 minuta. Il-Ħadd huwa qala’ t-tieni karta safra tiegħu din id-darba fit-38 minuta kontra l-Iżvizzera.
Dan ifisser li r-rebbieħ tal-Bundesliga għal din is-sena mhux se jkun involut fil-partita tal-aħħar sittax għall-Ġermanja, u huwa mistenni li jieħu post Nico Schlotterback.