KROAZJA…….1
ITALJA…………1
Kroazja: D.Livakovic, J.Stanisic, J.Sutalo, M.Pongracic. J.Gvardiol, L.Modric (L.Majer 80’), M.Brozovic, M.Kovacic (L.Ivanusec 70’), L.Sucic (I.Perisic 70’), A.Kramaric (J.Juranovic 90’), M.Pasalic (A,Budimir 46’)
Italja: G.Donnarumma, G. Di Lorenzo, A.Bastoni, R.Calafiori, M.Darmian (M.Zaccagni 82’), N.Barella, Jorginho (N.Fagioli 82’), F.Di Marco (F.Chiesa 57’), L.Pellegrini (D.Frattesi 46’), G.Raspadori (G.Scamacca 75’), M.Retegui
Imwissija: L.Sucic 24’, L.Modric 60’ L.IVanusec 73’, M.Pongracic 78’, J.Stanisic 82’, M.Brozovic 90’ (K), R.Calafiori 90′ (I)
Skorjaw: L.Modric 55′ (K), M.Zaccagni 90+8 (I)
Referee: Danny Makelle (Olanda)
L-Italja rnexxielhom idawru telfa fi draw b’mod mirakluż fl-aħħar sekondi tal-partita, meta kien Mattia Zaccagni li niżżel ismu fl-istorja u skorja l-gowl fit-98 minuta biex għamel l-iskor indaqs u b’hekk it-Taljani kkwalifikaw awtomatikament għall-aħħar sittax wara li temmew fit-tieni post minn Grupp B. Diżappunt kbir għall-Kroazja u għal Luka Modric li wrew resiljenza u kuraġġ kbir matul il-partita u kienu ftit sekondi ‘l bogħod milli jagħmlu miraklu huma stess.
L-ewwel azzjoni tal-partita marret għall-Kroati wara biss 5 minuti logħob minn Sucic li ttanta xortih mid-distanza b’xutt b’saħħtu fir-rokna ta’ fuq tax-xellug, b’Donnarruma jintervjeni bl-eżatt u jitfa’ barra.
Okkażjoni perikoluża immens għall-Italja fis-27 minuta, meta korner mogħti mil-lemin jasal f’saqajn Barella f’tarf il-kaxxa li jixħet il-ballun fil-kaxxa u jsib lill-kollega ta’ Inter Alessandro Bastoni li b’saħħa bir-ras jikkonkludi fl-għoli, b’ Livakovic iwettaq save mill-isbaħ u jiċħad lid-difensur mit-tieni gowl personali f’din l-edizzjoni
Il-Kroati rrisponew ftit minuti wara b’azzjoni perikoluża għalihom, din id-darba mill-azzjoni tal-veteran Modric li xxutja minn tarf il-kaxxa, però għal darb’oħra Donnarumma joħroġ minn fuq.
Fis-36 minuta kien imiss lil Lorenzo Pellegrini li jipprova mid-distanza, bix-xutt baxx tiegħu jiġi salvat minn Livakovic.
L-ewwel taqsima tispiċċa fi draw ta’ 0-0, biż-żewġ timijiet ikollhom l-azzjonijiet rispettivi tagħhom, però l-ebda tim ma jkun sostanzjalment aħjar mill-ieħor.
Fit-tieni taqsima l-Kroati ħarġu fuq l-offensiva, hekk kif fit-53 minuta rebħu penalty wara li s-sostitut Davide Frattesi kkommeta handsball fil-kaxxa mix-xutt ta’ Kramaric u ta penalty lill-avversarji. Il-captain Luka Modric inkariga ruħu mill-penalty, u bil-konklużjoni baxxa tiegħu jfalli b’Donnarruma jtajjar l-tentattiv.
Ftit sekondi wara l-Kroati baqgħu jattakkaw, minn nofs il-ground, jiġbor il-ballun Sucic mill-pass żbaljat tad-difensuri Taljani, bin-numru 25 jerġa’ jitfa’ ballun fil-kaxxa Taljana fejn isib lil Kramaric li b’daqqa ta’ ras ma jegħlibx lil Donnarumma, iżda l-ballun jaqa’ għand l-istess LUKA MODRIC li falla l-penalty ftit sekondi qabel, li mill-viċin din id-darba jixħet ġewwa u jitfa’ lill-partitarji Kroati f’dellirju ta’ ferħ.
Fis-87 minuta azzjoni perikoluża immens għat-Taljani biex jiskorjaw il-gowl tad-draw. Ġirja individwali mil-lemin tas-sostitut Chiesa li tikkonkludi fi kross baxx lejn Scamacca, bl-attakkant ta’ Atalanta ma jolqotx il-ballun.
B’mod mirakuluż, wara ħafna azzjonijiet għat-Taljani, kien is-sostitut MATTIA ZACCAGNI li sab ix-xibka b’xutt mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa mis-suġġeriment tajjeb ta’ Calafiori biex ikkonferma t-tieni post għall-pajjiżu u l-kwalifikazzjoni awtomatika għar-rawnd li jmiss.
//= $special ?>