Sport

Malta tikkwalifika mal-aħħar sittax fil-kampjonati tad-dinja tal-Pool

Clayton Castaldi


Iċ-champion tad-dinja renjanti tal-Pool, Clayton Castaldi, ikkwalifika għall-fazi tal-aħħar sittax fil-kampjonati mondjali tal-Pool li qegħdin issiru fi Blackpool, fl-Ingilterra. Fil-fazi tal-aħħar 32, Castadli xejjen għalkollox l-isfida ta’ Murad Ibqal mill-Indja b’rebħa konvinċenti ta’ 8-1.  Castadli issa jkun impenjat mal-aħħar sittax nhar it-Tlieta meta jiltaqa’ kontra l-Ingliż Giuseppe D’ Imperio.

Iż-żgħażagħ Maltin ta’ taħt it-18-il sena kisbu żewġ rebħiet oħra din id-darba kontra l-Irlanda B 5-4, u kontra l-Ingilterra A 6-3.

It-timijiet Maltin tal-irġiel u tal-Over 50’s jerġgħu jkunu fl-azzjoni meta jitkomplew il-logħob tal-gruppi.  It-tim tal-irġiel ser ikun ukoll fl-azzjoni fil-kompetizzjoni ‘shootout’ meta fil-kwarti tal-finali jaffronta lit-tim nazzjonali Ingliż.