Lokali

AĠĠORNATA: Sirjan sofra ġrieħi gravi waqt li kien qed jgħum f’St Peter’s Pool

Sirjan ta’ 19-il sena weġġa’ gravi waqt li kien qed jgħum f’St Peter’s Pool f’Delimara.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-17:00, meta għal xi raġuni ż-żagħżugħ kellu bżonn l-assistenza medika wara li qabeż jgħum f’ St Peter’s Pool u ġarrab xi ġrieħi.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u
ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi
gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.