Lokali

Robert Abela għandu problema oħra… jisimha Jason Micallef

Il-ġlied fil-Labour wara r-riżultat tat-8 ta’ Ġunju jidher li m’għandux limitu. Tant li issa, il-Partit ta’ Robert Abela jinsab maqsum f’mitt biċċa; bil-klikka ta’ Muscat tibqa’ l-aktar waħda li qed taħdem kontra l-Leader Laburista u tikkritika kull pass li jagħmel.

Dalgħodu, fil-fatt, nibtet problema ġdida għal Robert Abela: jisimha Jason Micallef.

Fuq Facebook, Micallef insista li bħala delegat u membru tal-Partit Laburista, ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Gvern u l-Partit Laburista li fil-jiem li ġejjin jappoġġja u jivvota favur in-nomina, u l-ħatra ta’ Roberta Metsola bħala President tal-Parlament Ewropew.

Fl-aħħar jiem, Micallef ikkritika apertament lil Robert Abela u dik li sejjaħ “strateġija konfuża.”

Huwa insista li l-Labour taħt Abela warrab numru ta’ nies b’mod sistematiku f’kull strata tal-Partit.

Wara l-elezzjoni, Jason Micallef baqa’ jinsisti li għandna membri fil-Kabinett li frankament aktar jinħassu qishom “teenagers”. Stqarr li fl-aħħar sentejn id-distakk bejn il-Partit Laburista u n-nies inħass sew u li ż-żmien li ġej se jkun test kbir għal-Labour u t-tmexxija tiegħu.