EURO 2024 Futbol Sport

Spanja jegħlbu lill-Albanija u jispiċċaw l-ewwel fi Grupp B b’punti massimi

(Ritratt: EPA)

ALBANIJA…………0

SPANJA…………….1

Albanija: T.Strakosha, I.Balliu, B.Djimsiti, A.Ajeti, M.Mitaj, Y.Ramadani, K.Asllani, J.Asani (E.Muci 81’), Q.Laci (M.Bersisha 70’), N.Bajrami (A.Hoxha 80’), R.Manaj

Spanja: D.Raya J.Navas, D.Vivian, A.Laporte (R.Le Normand 46’), A.Grimaldo, M.Zubimendi, M.Merino, M.Oryarzabal (F.Lopez 62’), D.Olmo (A.Baena 84’), F. Torres (L.Yamal 72’), Joselu (A.Morata 72’)

Imwissija: N.Bajrami 67’, M.Berisha 89’ (A), D.Vivian 90

Skorja:F. Torres 13’ (S)

Referee: Glenn Nyberg (Żvezja)

Spanja għamluha tliet rebħiet minn tlieta fi Grupp B biex temmew fl-ewwel post u għaddew għall-fażi tal-aħħar sittax hekk kif għelbu lill-Albanija fl-aħħar partita tal-grupp. Prestazzjoni simili tal-partiti preċedenti, dominju assolut mill-Ispanjoli fejn żammew il-pussess tal-ballun għall-maggoranza tal-ħin u attakkaw b’veloċità u intensità.

Spanja bdew jattakkaw mill-ewwel, tant kemm hu hekk li fetħu l-iskor wara biss 13-il minuta logħob permezz tal-attakkant FERRAN TORRES li sab ix-xibka mill-kaxxa wara s-suġġeriment maħdum tajjeb minn Dani Olmo.

Dani Olmo jibqa’ perikoluż minn tliet kwarti ground, hekk kif fl-34 minuta jirċievi l-ballun u jdur b’forza biex isib lil Torres b’pass preċiż, bl-attakkant ta’ Barcelona din id-darba ma jikkonkludiex tajjeb u jirbaħ korner għall-Ispanjoli.

L-ewwel taqsima tintemm 1-0 għall-Ispanjoli, l-ebda sinjal ta’ tibdil min-naħa tal-Albanija biex jipprovaw idawru r-riżultat fl-ewwl 45 minuta logħob.

Fis-47 minuta konklużjoni akrobatika mill-attakkant Joselu jispiċċa jgħaddi ftit barra.

Fis-76 minuta tasal l-ewwel azzjoni għas-sostitut Morata li ma jirnexxilux jibqa’ f’pożizzjoni regolari biex jegħleb lil Strakosha b’mod validu.

L-ebda tip ta’ azzjoni denja ta’ nota fl-aħħar kwarta logħob, bil-gowl ta’ Torres jiddetermina l-partita u Spanja jtemmu grupp A fl-ewwel post b’disa’ punti.