Fl-aħħar rawnd tal-Gruppi, fi Grupp B, Spanja qed jimmiraw li jiksbu l-punti massimi mit-tliet logħbiet hekk kif imisshom l-aħħar sfida fil-forma tal-Albanija, wara li kkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar sittax bir-rebħa ta’ 1-0 fuq l-Italja.
It-im Albaniż, immexxi mill-kowċ Sylvinho li minkejja li kulma akkumula punt wieħed minn żewġ logħbiet, kellu prestazzjoni sodisfaċenti fiż-żewġ logħbiet. Fl-ewwel partita, l-Albaniżi ħadu l-vantaġġ kontra l-qawwa Taljani wara biss ftit sekondi tal-logħob, madankollu r-resiljenza Taljana rnexxielha ddawar l-iskor biex eventwalment rebħu 2-1. Fit-tieni partita, l-Albanija wkoll marret fil-vantaġġ kmieni, madankollu żewġ gowls Kroati f’temp ta’ żewġ minuti rat lill-Albanija minn taħt sal-aħħar sekondi tal-partita fejn kien Klaus Gjasula skorja l-gowl tad-draw u żamm it-tammiet ta’ pajjiżu ħajjin.
Min-naħa l-oħra, Spanja qed ikomplu jiddominaw il-partiti u juru xejriet simili tat-timijiet Spanjoli li ddominaw il-futbol internazzjonali ftit iktar minn għaxar snin ilu. Il-kowċ Luis de la Fuente dawwar għal kollox tim Spanjol li ma kellu l-ebda aspettattivi għal wieħed li huwa meqjus bħala fost il-favoriti għal din il-kompetizzjoni. Tliet punti neċessarji għall-Ispanjoli fil-mixja tagħhom lejn l-ewwel post ta’ Grupp B u disa’ punti mill-ewwel tliet partiti tal-gruppi.
Spanja rebħu kull konfront fl-istorja kontra l-Albanija, minn tmien partiti preċedenti kisbu tmien rebħiet u kkonċedew biss tliet gowls.
Għall-Ispanjoli, hemm nieqes parti fundamentali mill-iskwadra, il-midfielder ċentrali Rodri hekk kif akkumula t-tieni karta safra tiegħu kontra l-Italja. Dani Carvajal u Le Normad huma l-plejers li jinsabu f’xifer ta’ sospensjoni wara li rċivew karta safra diġá.
Min-naħa l-oħra, kull plejer huwa disponibbli għall-Albanija. Broja, Daku, Gjasula, Hoxha u Hysaj huma l-plejers li għandhom karta safra.
//= $special ?>