Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Skoċċiż, Steve Clarke, ikkritika għalkollox l-użu tal-VAR waqt il-partita bejn l-Iskozja u l-Ungerija, fejn l-Iskoċċiżi tilfu u sussegwentament ġew eliminati mill-kompetizzjoni. Huwa talab spejgazzjoni ta’ kif intużat il-VAR matul il-partita speċjalment f’mument partikolari fil-partita fejn id-difensur Ungeriż Willy Orban daħal bis-saħħa fuq Stuart Armstrong fil-kaxxa, b’ Clarke jistqarr li jemmen li dak kellu jkun penalty favur it-tim tiegħu.
Minkejja d-daħla kerha, ir-referee Arġentin Facundo Tello ddeċieda li ma jagħtix il-penalty. Clarke aċċetta d-deċiżjoni ta’ Tello, madankollu kkritika d-deċiżjoni tal-VAR li ma tintervjenix
//= $special ?>