Sport

Suċċess għal żagħżugħ Malti fil-European Multisport Championships

Fil-European Multisport Championships f’Ciombra, fil-Portugal, kien irreġistrat suċċess għat-triatleta żagħżugħ Malti, Kai Azzopardi, f’kompetizzjoni importanti fil-kalendarju internazzjonali. Azzopardi temm bir-rebħ ta’ żewġ midalji.

Kai Azzopardi rebaħ il-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tal-Aquathlon, fil-kategorija ta’ etajiet ta’ bejn is-16 u19-il sena. Dan is-suċċess ġie ftit wara li l-istess Kai Azzoaprdi kiseb il-midalja tal-fidda fl-istess Multisport European Championships, meta spiċċa fit-tieni post fl-age group ta’ bejn is-16 u 19-il sena.  It-triatleta Malti għamel dan fil-kompetizzjoni tad-Duathlon fejn temm mal-ewwel 15-il triatleta minn total ta’ 360.

Fil-klassifika ġenerali, Malta temmet fid-disa’ post bejn il-Ġermanja u n-Norveġja.