Il-kampanja tan-neutering tal-qtates issa dalwaqt tagħlaq sena u sorsi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon spjegawlna li n-nies li jaħdmu f’dan il-qasam qed jaraw li hemm numru ta’ affarijiet li jixtiequ li jinbidlu meta din il-kampanja terġa’ tiġi mġedda.
Dwar dawn l-anzjani Net News staqsa lis-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said jekk taħsibx li hemm bżonn li tiżdied l-għajnuna li tiġi offruta lilhom.
Dan meta Net News jinsab infurmat li minkejja x-xogħol eċċellenti li qed tagħmel il-manager ta’ din il-kampanja, ix-xogħol huwa kbir wisq għal persuna waħda.
Is-sorsi li tkellmu ma’ Net News spjegat ukoll li bosta voluntieri jixtiequ jaraw titjib fil-kura li dawn il-qtates li jingħataw wara li jiġu imsewwijja kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Kull qattus li jgħix barra u li ma għandux kenn u li għandu iktar minn erba’ xhur ‘il fuq, għandu jiġi msewwi, biex kemm jista’ jkun jonqsu l-ammont ta’ qtates fit-toroq.
Meta qattus ikattar barra, dawn jgħaddu min tbatija kbira hekk kif ħafna drabi jiġu attakkati minn parasita; barra li jkunu esposti għal elementi tat-temp kif ukoll b’riskju li jittajru .
//= $special ?>