F’dawra sorprendenti f’kunċert reċenti ta’ Taylor Swift, il-plejer stilla tal-NFL, Travis Kelce tela’ fuq il-palk għal prestazzjoni ta’ “I Can Do It With a Broken Heart,” fejn wera t-talent mhux mistenni tiegħu taż-żfin. Dan immarka l-ewwel dehra pubblika tiegħu ma’ Swift waqt l-“Eras” tour tagħha li għaddej bħalissa.
Il-mument elettrifikanti żvolġa waqt il-prestazzjoni ta’ Swift il-Ħadd filgħaxija, u ħakem udjenza ta’ kważi 90,000 persuna, f’Wembley Stadium, f’Londra.
ċLiebes kappell u suit, Kelce deher ferħan hekk kif ingħaqad ma’ Swift waqt skit fejn wera l-mossi taż-żfin tiegħu u anke refa’ lill-kantanta. Dan il-cameo mhux mistenni qanqal eċċitament kbir fuq il-midja soċjali hekk kif filmati u ritratti tad-duo ċċirkolaw malajr.
Fost l-udjenza kien hemm ukoll bosta ċelebritajiet, bħal Sir Paul McCartney, Tom Cruise, Mila Kunis u Ashton Kutcher, kif ukoll il-Mexxej tal-Labour Party tal-Ingilterra Sir Keir Starmer.
Dan jiġi wara l-laqgħa ta’ Swift mal-membri tal-familja Rjali Ingliża; il-Prinċep William, il-Prinċep George, u l-Prinċipessa Charlotte, backstage f’Wembley Stadium aktar kmieni l-ġimgha li għaddiet, fejn Taylor Swift ħadet selfie memorabbli magħhom li malajr għamel mewġ fuq il-midja soċjali.
It-tour issa se jimxi lejn Dublin, iżda Swift se tirritorna Londra biex twettaq ħames kunċerti oħra f’Wembley f’Awwissu li ġej.
//= $special ?>