Il-Ministru Għawdxi Anton Refalo ma jridx iwieġeb dwar il-prestazzjoni tal-Partit Laburista f’Għawdex… fejn naqqas il-voti fl-elezzjoni tal-MEPs kif ukoll f’dik tal-Kunsilli Lokali. Dan wara li fl-elezzjoniiet tat-8 ta’ Ġunju l-Partit Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza ta’ voti f’Għawdex.
Bħalissa, il-Kabinett ta’ Robert Abela għandu tliet Ministri Għawdxin: il-Ministru JoEtienne Abela, il-Ministru Clint Camilleri u l-Ministru Anton Refalo – li meta mistoqsi dwar kif jevalwa dan ir-riżultat qal biss li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet.
Meta mistoqsi x’messaġġ wassal il-poplu Għawdxi lill-Ministri Għawdxin, qal biss li fuq Għwdex “ma jitkellimx hu”.
Il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’Għawdex b’1,127 vot wara li l-Gvern ta’ Robert Abela ħalla lil Għawdxin bla sptar ġdid, kif ukoll bla sistema ta’ konnettività tajba.
F’Għawdex, il-PN ġab riżultati pożittivi immens fejn kiseb mill-ġdid maġġoranza fiż-Żebbuġ, u bi ftit voti ma qalibx il-maġġoranza fil-Qala.
//= $special ?>