Internazzjonali

Attakki fil-Krimea: Ir-Russja titfa’ l-ħtija fuq l-Istati Uniti

Ritratt: BBC News

Ir-Russja qed titfa’ l-ħtija fuq l-Istati Uniti, fid-dawl tal-attakki li saru minn missili Ukreni fuq Sevastopol, fil-Krimea.

L-attakki li seħħew il-Ħadd, ħallew erbgħa mejta, inkluż żewġt itfal, bl-awtortijajiet jikkonfermaw li kienu 150 persuna oħra midruba.

Fid-dawl ta’ dan, il-Ministeru għad-Difiża fir-Russja qed jitfa’ l-ħtija fuq l-Istati Uniti hekk kif kelliem ta’ dan il-Ministeru saħaq li l-missila li ntużat ingħatat lill-Ukreni mill-Istati Uniti.

Għaldaqstant, kelliem għall-Kremlin saħaq li – kif qal il-President Russu Vladmir Putin, ir-Russja se tkun qed timmira l-attakki tagħha fuq dawk il-pajjiżi li qed jagħtu l-armi lill-Ukrajna.