Filmat ippubblikat fuq Facebook mill-attivista Moira Delia wera s-sitwazzjoni li preżentament tinsab fiha l-Bajja ta’ San Ġorġ.
Dan hekk kif filwaqt li biswit il-bajja għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni estensiv fi proġett multimiljunarju, fil-filmat tidher is-sitwazzjoni li l-għawwiema u turisti li niżlu għal divertità tul il-jum tat-Tlieta, spiċċaw fiha.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li tul il-jum tpoġġew numru ta’ xkejjer tar-ramel fuq il-bajja, madanakollu, għal xi raġuni l-maġġorparti tar-ramel u żrar spiċċa fil-baħar – bil-konsegwenza li t-turisti spiċċaw jgħumu f’baħar kannella.
Bosta ddeskrivew din is-sitwazzjoni ta’ telqa, li tkerrah l-ambjent, bħala waħda ta’ ħasra kbira u li żgur ma tagħtix ġieħ lill-Blue Flag li din il-bajja ġġorr.
//= $special ?>