EURO 2024 Sport

Franza miżmuma mill-Polonja u jtemmu fit-tieni post

(Ritratt: EPA)

FRANZA………………..1

POLONJA……………….1

Franza: M. Maignan, T. Hernandez, W. Saliba, D. Upamecano, J. Kounde, A. Rabiot, (E. Camavinga 61′), A. Tchouameni (Y. Fofana 81′), N. Kante (A. Griezmann 61′), B. Barcola (O. Giroud 61′), K. Mbappe, O. Dembele (R. Kolo Muani 86′)

Polonja: L. Skorupski, J. Kiwior, P. Dawidowicz, J. Bednarek, N. Zalewksi (M. Skoras 68′), P. Frankowski, P. Zielinski, J. Moder, S. Szymanski (K. Swiderski 68′), R. Lewandowski, K. Urbanski

Imwissija: A. Rabiot 43′ (F), N. Zalewski 24′, P. Dawidowicz 89′, K. Swiderski 92′ (P)

Skorjaw: K. Mbappe 56′ pen (F), R. Lewandowski 79′ pen (P)

Referee: Marco Guida (Italja)

Fil-BVB Stadion ta’ Dortmund, Franza kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 mill-Polonja biex b’hekk temmew fit-tieni post ta’ Grupp D u kwalifikaw għall-fażi li jmiss tal-EURO 2024.

Dan ir-riżultat poġġa lil Franza f’rotta lejn il-finali li tista’ titqies diffiċli hekk kif l-avversarji wara r-rawnd tal-aħħar 16 jistgħu jkunu l-Portugall, Spanja u l-Ġermanja.

Kienu Franza li marru fil-vantaġġ permezz ta’ penalty, meta wara li Jakub Kiwior waqqa lil Ousmane Dembele fil-kaxxa, kien Kylian Mbappe li minn ħdax-il metru ma żbaljax biex b’hekk skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-EURO 2024.

Franza naqsu xi ftit mir-ritmu fit-tieni taqsima u kien il-captain Pollakk Robert Lewandowski li skorja permezz ta’ penalty, liema gowl jista’ jkun l-aħħar wieħed għal Lewandowski mal-Polonja.