EURO 2024 Sport

Futur inċert għal Luka Modric

(Ritratt: EPA)

Wara l-eleminazzjoni mill-EURO 2024, il-futur internazzjonali tal-captain Kroat Luka Modric jinsab inċert. Modric lagħab għal aktar minn 20 sena mat-tim Kroat fejn tista’ tgħid lagħab f’kull fażi possibli.

Hu kien protagonistà fil-partita kontra l-Italja hekk kif wara li falla l-penalty skorja dak il-gowl li deher li kien se jpoġġi lill-pajjiżu mal-aħħar 16 iżda gowl fit-98 minuta minn Mattia Zaccagni fisser li l-Kroazja jkunu eliminati. F’kummenti wara l-partita Modric qal li l-futbol jista’ jkun kattiv bil-midifielder ta’ 38 sena jirbaħ ukoll il-plejer tal-partita.