Sport

Ibburdjar: Jibda l-countdown għall-Kampjonati Ewropej tal-Klassi SB20 f’Malta

Beda l-countdown għall-Kampjonati Ewropej SB20 2024 f’Malta, b’100 jum biss fadal għall-bid ta’ dawn il-kampjonati.

L-interess qed jinbena hekk kif flotta b’saħħitha ta’ kompetituri qed tingħaqad għal dak li hu mistenni jkun kampjonat mimli kompetizzjoni b’saħħita.

Malta hi magħrufa għall-kundizzjonijiet eċċellenti għall-isport tal-ibburdjar. Is-swar tal-Belt ser joffru sfond mill-isbaħ għall-baħrin li ser jirrapreżentaw numru kbir ta’ nazzjonijiet differenti u li qed jippreparaw biex juru l-ħiliet tagħhom f’Malta.

Imtella’ mill-Assoċjazzjoni Maltija SB20 u r-Royal Malta Yacht Club, bejn id-29 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru, il-Kampjonati Ewropej SB20 2024 iwiegħdu li jkunu avveniment organizzat tajjeb u memorabbli. Ir-Royal Malta Yacht Club, bis-snin ta’ esperjenza tiegħu fl-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ profil għoli, iġib ħafna esperjenza f’dan il-qasam. Is-sħubija mal-Assoċjazzjoni Maltija SB20, twiegħed li jitwassal avveniment memorabbli.

Sal-lum, il-pajjiżi li diġà kkonfermaw il-parteċipazzjoni huma Franza, ir-Renju Unit, l-Ungerija, Singapore, l-Afrika t’Isfel u l-Moldova. Mistenijja reġistrazzjonijiet mill-Irlanda, il-Belġju, l-Olanda, il-Portugall, Dubai u l-Awstralja. Kif mistenni, Malta se tkun rappreżentata b’mod b’saħħtu. Jikkumplimentaw Team Malta se jkun hemm ekwipaġġ magħmul minn nisa u tim taż-żgħażagħ li jżidu mad-diversità tal-kompetizzjoni.  Is-sottomissjonijiet li diġà ġew riċevuti jenfasizzaw l-appell internazzjonali tal-avveniment.

Il-Klassi SB20, żviluppata fil-bidu tas-snin 2000, malajr saret popolari fost il-baħħara għall-aċċessibbiltà tagħha. L-SB20 kienet iddisinjata biex tkun veloċi, kompetittiva u faċli biex wieħed ibaħħar fuqha. Din tagħmilha ideali kemm għal baħħara b’esperjenza kif ukoll għal dawk  li huma ġodda fl-isport. L-SB20 qegħda trawwem komunità internazzjonali li dejjem tikber. Ir-regoli stretti tiegħu ta’ disinn wieħed jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu indaqs, fejn is-suċċess huwa ddeterminat mill-ħiliet u l-ħidma f’tim aktar milli b’vantaġġ li wieħed jista’ jkollu bit-tagħmir tiegħu.

L-appell ta’ dan l-avveniment qajjem ukoll l-interess ta’ diversi organizzazzjonijiet ta’ profil għoli li se jkunu qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Kampjonati Ewropej SB20.  Fost dawk li kkonfermaw l-appoġġ tagħhom hemm Yachting Malta Ltd, Visit Malta – Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Cisk Lager, Malfy Gin, Seajet u ST Hotels.

Ir-reġistrazzjoni għall-Kampjonati Ewropej SB20 tal-2024 f’Malta hija miftuħa permezz tas-sit elettroniku –  https://sb20europeans2024.com/