Il-kunsillieri l-ġodda jibdew terminu ta’ ħames snin – mandat illi fih se tibda l-ħidma ta’ dawn il-Kunsilli, b’taħlita ta’ persuni ta’ esperjenza u diversi uċuħ ġodda; inkluż ħafna żgħażagħ.
Fit-8 ta’ Ġunju ġew eletti l-Kunsilli Lokali ta’ 67 lokalità, fejn b’kollox hemm 471 kunsillier li ħadu l-ġurament.
Iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra saret f’Dar il-Mediterran it-Tlieta wara nofsinhar. Il-ġurament ittieħed minn kull Kunsill bħala grupp; maqsumin f’sitt reġjuni.
Id-daqs ta’ dawn il-Kunsill ivarja skont il-popolazzjoni. L-akbar Kunsilli bi 13-il membru huma dawk ta’ Birkirkara, il-Mosta, San Pawl il-Baħar u Tas-Sliema. Kunsilli Lokali oħra għandhom 11, 9, 7 jew 5 membri li huwa l-inqas numru ta’ kunsillieri għal lokalità.
Wara l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju, il-Partit Nazzjonalista qaleb il-maġġoranzi fil-Mosta u fis-Siġġiewi. Fil-Mosta, is-Sindku se jkun Joseph Gatt, filwaqt li fis-Siġġiewi Julian Borg se jkun qed imexxi l-Kunsill għall-ħames snin li ġejjin.
Fl-Imsida, Charles Selvaggi se jmexxi l-Kunsill Lokali, filwaqt li f’San Ġwann is-Sindku se jkun Dominic Cassar.
Fiż-Żebbuġ Għawdex, Baskal Saliba se jkun is-Sindku tal-lokalità. Censu Galea wkoll ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Sindku ġdid – Kunsill li fih il-Partit Laburista tilef żewġ siġġijiet.
//= $special ?>