Il-Prinċep Paul-Philippe al Romaniei se jkun estradit lejn ir-Rumanija wara li l-Avukat Ġenerali appellat deċiżjoni preċedenti sabiex ma jsirx dan.
Lura fl-2020 il-Prinċep instab ħati ta’ korruzzjoni b’rabta ma’ restituzzjoni illegali ta’ propjetà f’Bucharest – fejn ġie akkużat li b’mod falz iddikjara li huwa s-sid tiegħu. Fid-dawl ta’ dan huwa ingħata tliet snin u nofs priġunerija.
Kien mbagħad fl-2022 li kien arrestat f’Pariġi bil-Qorti tal-Appell tirrifjuta li testradi l-Prinċep lejn ir-Rumanija.
Il-Prinċep, attwalment jgħix fi Franza – iżda meta kien f’pajjiżna lura f’April kien inżamm arrestat fid-dawl ta’ mandat t’Arrest Ewropew. Bil-Maġistrat Leonard Caruana jiddikjara li jista’ jkun il-każ li jinkisru d-drittijiet tal-Prinċep jekk jintbgħat lura r-Rumanija – sentenza li ġiet appellata mill-Avukat Ġenerali.
Intant, il-Prinċep Al Romaniei, waqt il-proċeduri ddikjara li kienu qed jinkisrlu d-drittijiet fundamentali tiegħu ladarba jinsab fil-ħabs ta’ Kordin. Bil-Prinċep jispjega fl-ewwel Qorti illi wara l-kollass tar-reġim komunist, kienu hu u missieru li marru lura r-Rumanija sabiex jiksbu lura l-propjetà tagħhom.
Abbażi l-fatt li l-mandat t’arrest ifisser li persuna tista’ biss taffaċċja akkużi għar-reati li ġew elenkanti f’dan l-istess mandat – il-Maġistrat Frendo Dimech ħarġet ordni ta’ estradizzjoni f’perjodu ta’ 7 ijiem.
//= $special ?>