It-tfal għandom drittijiet u dmirijiet, però ir-responsabbiltà qiegħda fuq l-adulti sabiex jgħinuhom iwasslu l-vuċi tagħhom, għaliex it-tfal ukoll għandom x’jikkontribwixxu lejn is-soċjetà u l-politika.
Dan kien is-sentiment li esprimiet il-fundatur tal-Fondazzjoni għall-Benesseri tas-Socjetà, Marie-Louise Coleiro Preca, fit-tnedija taċ-Child Participation Toolkit – fl-anniversarju tal-għaxar snin minn mindu twaqqfet din il-Fondazzjoni.
Preżenti għal dan l-avveniment kien hemm bosta tfal u żgħażagħ li jagħmlu parti mill-kunsill ta’ din il-Fondazzjoni, ħafna minnhom għal dawn l-aħħar għaxar snin, li tkellmu dwar l-opportunità li tagħthom din il-Fondazzjoni sabiex isemmgħu leħinhom u jikbru f’pajjiż li jħossuh huwa tagħhom.
F’kumment ma’ Net News, Marie-Louise Coleiro Preca esprimiet li l-għan ta’ dan it-toolkit hu li l-parteċipazzjoni tat-tfal ma tkunx waħda passiva.
Preżenti kien hemm ukoll ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għad-Drittijiet tat-Tfal, Graziella Attard Previ, li tkellmet fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn il-gvern u l-oppożizzjoni, sabiex il-viżjoni ta’ dawn it-tfal u ż-żgħażagħ ma taqax fuq widnejn torox, u t-tfal tal-lum ikollhom vuċi soda fil-politika; li fil-futur ser taffettwa lilhom stess.
//= $special ?>