EURO 2024 Sport

Is-Serbja eliminati wara draw mad-Danimarka

(Ritratt: EPA)

DANIMARKA…………………0

SERBJA……………………………0

Danimarka:: K. Schmeichel, A. Christensen, J. Vestergaard, J. Andersen, J. Maehle, P. Hojbjerg, M. Hjumland (V. Kristiansen 77′), A. Bah (T. Delaney 77′), C. Eriksen (Y. Poulsen 88′), R. Hojlund (K. Dolberg 59′), J. Wind (A. Skov Olsen 46′)

Serbja: P. Rajkovic, S. Pavlovic, N. Milenkovic, M. Veljkovic, A. Zivkovic, N. Gudelj (L. Jovic 46′), I. Ilic (D. Valhovic 67′), S. Mijailovic (F. Mladenovic 73′), S. Lukic (S. Milinkovic-Savic 87′), L. Samardzic (D. Tadic 46′), A. Mitrovic

Imwissija: J. Wind 27′, M. Hjumland 30′ (D), N. Milenkovic 4′, A. Mitrovic 83′ (S)

Referee: Francois Letexier (Franza)

Is-Serbja sfaw eliminati mill-EURO 2024 wara draw diżappuntanti kontra d-Danimarka li minn naħa tagħhom avvanzaw għall-fażi tal-aħħar 16 permezz tat-tieni post fejn minkejja li temmew f’parità ta’ punti mas-Slovenja kienu huma li kwalifikaw permezz tat-tieni post hekk kif kisbu kwalifikazzjoni aħjar għall-EURO 2024.

L-ebda naħa miż-żewġ timijiet ma kienet fl-aqwa forma hekk bit-tim Daniż ikun xi ftit aħjar mill-avversarji. Id-Daniżi kellhom ukoll gowl ta’ Jonas Wind fl-ewwel taqsima mħassar. Minkejja l-prestazzjoni fjakka kienu d-Danimarka li pruvaw joħolqu aktar azzjonijiet liema azzjonijiet ma sarfux f’gowls bil-partita tintemm fi draw ta’ 0-0.