EURO 2024 Sport

L-Awstrija bi prestazzjoni mill-aqwa u jagħmluha mal-aħħar 16

(Ritratt: EPA)

OLANDA………………….2

AWSTRIJA…………………3

Olanda: M. Verbruggen, N. Ake (M. van de Ven 65′), V. van Dijk, S. de Vrij, L. Geertruida, J. Veerman (X. Simons 35′), J. Schouten, C. Gakpo, M. Depay, D. Malen (W. Weghorst 72′)

Awstrija: P. Pentz, A. Prass, M. Wober, P. Lienhart (C. Baumgartner 62′), S. Posch, F. Grillitsch (L. Querfeld 64′), N. Seiwald, P. Wimmer (K. Laimer 63′), M. Sabitzer, R. Schmid (A. Weimann 92′), M. Arnautovic (M. Gregoritsch 78′)

Imwissija: S. Posch 32′, P. Wimmer 33′, L. Querfeld 94′ (A)

Skorjaw: C. Gakpo 47′, M. Depay 75′ (O), D. Malen 6′, R. Schmid 59′, M. Sabitzer 80′ (A)

Referee: Ivan Kruzliak (Slovakkja)

L-Awstrija kellhom prestazzjoni mill-aqwa fl-aħħar partita ta’ Grupp D u għelbu lill-Olanda 3-2 biex b’hekk kisbu post mal-aħħar 16 tal-EURO 2024.

Minkejja li kienu f’grupp pjuttost diffiċli, mal-Olanda u Franza t-tim imexxi minn Ralf Rangnick irnexxielu jirbaħ tnejn mit-tliet partita f’dan il-grupp. L-Olanda kienu diġa ċerti minn grupp fil-fażi li jmiss qabel din il-partita u issa se jkunu qed jikkwalifikaw permezz tat-tielet post.

Kienu l-Awstrija li marru fil-vantaġġ wara biss sitt minuti meta minn cross perikoluż ta’ Alexander Prass, kien Donyell Malen li xeħet fix-xibka tiegħu stess.

L-Olanda wettqu reazzjoni u kmieni fit-tieni taqsima ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Cody Gakpo. L-Awstrija għal darb’oħra fil-vantaġġ fid-59 minuta permezz ta’ Romano Schmid.

Memphis Depay reġa ġab l-iskor indaqs għall-Olanda kwarta mit-tmiem u bil-partita dehret li se tintemm fi draw iżda, Marcel Sabitzer kellu ħsibijiet oħra u skorja dak li kellu jkun il-gowl tal-kwalifikazzjoni għal pajjiżu.