EURO 2024 Sport

L-Ingilterra jtemmu l-ewwel fil-grupp

(Ritratt: EPA)

INGILTERRA……………………0

SLOVENJA……………………..0

Ingilterra: J. Pickford, K. Tripper (T. Alexander-Arnold 84′), M. Guehi, J. Stones, K. Walker, J. Bellingham, D. Rice, C. Gallagher (K. Mainoo 46′), P. Foden (A. Gordon 89′), H. Kane, B. Saka (C. Palmer 71′)

Slovenja: J. Oblak, E. Janza (J. Balkovec 91′), J. Bijol, V. Drkusic, Z. Karnicnik, J. Mlakar (J. Gorenc Stankovic 86′), T. Elsnik, A. Gnezda Cerin, P. Stojanovic, B. Sesko (J. Ilicic 75′), A. Sporar (Z. Celar 86′)

Imwissija: K. Tripper 17′, M. Guehi 68′, P. Foden 77′ (I), E. Janza 22′, J. Bijol 72′ (S)

Referee: Clement Turpin (Franza)

It-tim Ingliż imexxi minn Gareth Southgate temm fl-ewwel post fi Grupp Ċ hekk kif temmew fi draw ta’ 1-1 kontra l-Islovenja. It-tim Ingliż kiseb rebħa u żewġ draws biex b’hekk kiseb ħames punti.

Dan ir-riżultat kien ukoll ieħor pożittiv għas-Slovenja hekk kif temmew fit-tielet post bi tliet punti u għaddew għall-fażi li jmiss. Kienet partita bi ftit emozzjonijiet u ftit azzjonijiet fejn il-kowċ Ingliż wettaq biss bidla waħda mill-aħħar partita kontra d-Danimarka fejn fil-formazzjoni inizjali beda Conor Gallagher minflok Trent Alexander-Arnold. Southgate ta wkoll id-debutt lill-plejer ta’ Chelsea Cole Palmer, lill-midfielder ta’ Manchester United Kobbie Mainoo u l-attakkant ta’ Newcastle Anthony Gordon.

Riżultat ieħor meqjus bħala diżappuntanti għat-tim Ingliż hekk kif mill-aħħar tmien partiti kiseb biss żewġ rebħiet fejn it-tim qed juri wkoll nuqqas tal-fluwidità fl-attakk fejn minkejja l-potenzjal fil-fażi offensiva jidher li qed tkun diffiċli biex dawn il-plejer iħallu l-frott mixtieq. It-tim Ingliż issa se jkun qed jilgħab il-partita li jmiss nhar il-Ħadd fis-6.00pm bl-avversarju għad irid ikun determinat.