EURO 2024 Sport

L-Italja mingħajr plejer tal-Juventus mal-ewwel ħdax għall-ewwel darba sa mill-1998

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan għażel li jibda l-partita kontra l-Kroazja mingħajr l-ebda plejer tal-Juventus inkluż mal-ewwel ħdax. Din kienet l-ewwel darba li t-tim Taljan ma kellux plejer tal-Juventus mal-formazzjoni inizjali sa mill-1998 meta fit-Tazza tad-Dinja fi Franza l-kowċ ta’ dakinhar għażel li ma jibdix bi plejer Juventin kontra l-Kamerun.

Iżda Spalletti għażel li jintroduċi żewġ plejers Juventini fit-tieni taqsima li kienu kruċjali biex l-Italja tikseb d-draw u b’hekk ukoll taċċerta mill-kwalifikazzjoni għal mal-aħħar 16. Dawn kienu l-plejers Federico Chiesa u Nicolo Fagioli