Miċ-ċekkijiet li l-gvern bagħat qabel l-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali, kien hemm 38,267 ċekk li ma ssarrafx u li l-ammont tagħhom jammonta għal €4 miljun.
Id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia staqsa lill-Ministru għall-Finanzi jgħid kemm hemm ċekkijiet li l-Gvern bagħat għall-ħabta ta’ Mejju 2023 li baqgħu ma ssarrfux, u kemm hu l-valur totali taċ-ċekkijiet li ma ssarrfux.
Il-Ministru tal-Finanzi wieġeb li dawn iċ-ċekkijiet kienu ntbagħtu bħala parti mill-proċeduri li ddaħħlet fis-seħħ b’mod annwali mill-2018 biex il-ħaddiema f’pajjizna jiġu kkumpensati, b’dawk li jaqilgħu l-inqas jieħdu l-akbar kumpens.
Jirriżulta li n-numru ta’ ċekkijiet li l-Gvern bagħat għall-ħabta ta’ Mejju 2023 li baqgħu ma ssarrfux, huwa ta’ 38,267 u l-valur tagħhom hu ta’ € 4,039,320.