Sport Waterpolo

Marsaxlokk jirbħu s-Super Cup tal-Ewwel Diviżjoni

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 9

MARSAXLOKK MFF……….. 13

(4-4), (2-0), (3-6), (0-3)

Marsaxlokk MFF kisbu l-ewwel unur tas-sajf fl-Ewwel Diviżjoni meta bħala r-rebbieħa tan-knock-out, għelbu lir-rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni tas-sajf li għadda Birżebbuġa Freeport. Il-logħba setgħet tmur kull naħa iżda kienu Marsaxlokk li għollew il-livell tagħhom fl-aħjar ħin tal-logħba.

L-ewwel sessjoni kienet movimentata. Birżebbuġa ħadu vantaġġ doppju kmieni fil-logħba iżda Marsaxlokk wieġbu mill-ewwel biex ikkanċellaw il-vantaġġ ta’ 2-0 u wieġbu f’żewġ okkażjonijiet oħra b’mod immedjat biex temmew l-ewwel sessjoni 4-4. Ben Grech u Alberto Barroso taw vantaġġ doppju lil Birżebbuġa fit-tieni sessjoni.

Marsaxlokk qelbu l-logħba favur tagħhom fit-tielet sessjoni. Dusan Vasic għamilhom 6-6 sakemm Max Aquilina ħalla lit-tim ta’ Pierre Borg fil-vantaġġ. Ix-Xlukkajri rnexxielhom idawru r-riżultat u bdew l-aħħar sessjoni 10-9. Kienet mistennija reazzjoni minn Birżebbuġa li iżda ma waslitx b’Marsaxlokk jaċċertaw mir-rebħa b’gowl ta’ Ryan Galea u doppjetta ta’ Julian Valletta. Fi tmiem il-logħba, il-President tal-ASA Karl Izzo preżenta t-trofew lill-captain ta’ Marsaxlokk Timothy Agius.

Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (2), N. Cassar, B. Grech (3), M. Manara, A. Barroso (4), M. Cassar, I. Galea, M. Cutajar, G. Mannino, M. Curmi, S. Livori, D. Incorvaja

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon, A. Cook, B. Zammit, T. Agius, J. Valletta (3), R. Spiteri, J. Pawley (1), R. Galea (3), J. Borg Tabone (1), D. Vasic (5), R. Attard, A. Fava, S. Mifsud

Referees: Alex de Raffaele, Raymund Fodor