Sport

Noah Lyles ikkwalifika għall-Olimpjadi ta’ Pariġi

Iċ-champion tad-dinja tal-100 metru Noah Lyles, rebaħ il-100m fil-provi tal-atletika tal-Istati Uniti sabiex ikkwalifika għall-Olimpjadi ta’ Pariġi.

Tliet snin wara li naqas milli jirbaħ il-100 metru fl-Olimpjadi ta’ Tokyo, Lyles rebaħ bl-aħjar personali ta’ 9.83 sekondi f’Hayward Field, f’Eugene, Oregon. Dan seħħ jumejn wara li Marcel Jacobs għall-Italja ikkwalifika b’9.99 sekondi

Kenny Bednarek, ir-runner-up tal-200m f’Tokjo, għamel l-aħjar personali ta’ 9.87 biex spiċċa t-tieni ma’ Fred Kerley, iċ-champion tad-dinja tal-100m fl-2022, it-tielet f’9.88.

Christian Coleman, iċ-champion tad-dinja tal-100m fl-2019, tilef ċans fil-100m tad-deheb, u spiċċa r-raba’ f’9.93 f’tellieqa b’riħ ta’ 0.4m fis-sekonda.

Lyles rebaħ il-bronż tal-200m f’Tokjo wara li kien il-favorit għad-deheb, iżda fl-2023 rebaħ il-100m, 200m u 4x100m relay u huwa maħsub li jirbaħ id-deheb fl-Olimpijadi fi Franza.

Lyles, ta’ 26 sena, mexxa l-finali kollha ta’ kwalifikazzjoni mill-heats preliminari f’9.92  sekondi, imbagħad rebaħ is-semifinali tiegħu f’9.80 megħjun mir-riħ 3.0m fis-sekonda biex għadda għall-finali.