Żgħażugħ ta’ 24 sena ġie mmultat 250 ewro wara li ammetta li vvandalizza l-ġebel f’St Peter’s Pool fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet.
Alaa Ali, Sirjan residenti l-Fgura deher fil-Qorti akkużat li volontarjament kkaġuna ħsara fuq ġebel f’St Peter’s Pool dan wara li filmati li ċċirkolaw il-midja urew żewġ ġuvintur jivvandalizzaw ħajt f’St Peter’s Pool – akkużi li l-imputat ammetta.
U huwa għalhekk li fil-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace Ali instab ħati ta’ dan ir-reat fejn ġie mmultat 250 ewro filwaqt li ingħata l-libertà fuq diversi kundizzjonijet.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Doriette Cuschieri, filwaqt li l-avukati Franco Debono u Adreana Zammit deheru f’isem l-akkużat.
Filwaqt li l-investigazzjonijiet sabiex tiġi stabbilita l-identità tal-persuna l-oħra li dehret fil-filmat għadhom għaddejin.
//= $special ?>