Żewġt irġiel u tfajla ġew kkundannati diversi snin ħabs wara li ammettew li kienu nvoluti fl-importazzjoni tal-kokaina f’pajjiżna.
Meiby Ramirez Gomes ta’ 22 sena ġiet kkundannata 7 snin u 6 xhur ħabs, kif ukoll ingħatat multa ta’ 18-il elf ewro wara li kienet arrestata fit-2 ta’ Ottubru ta’ tlett snin ilu meta għamlet il-wasla tagħha f’Malta minn Madrid. Fejn fil-pussess tagħha nstabu madwar 90 kapsola tal-kokaina li kienu jammontaw għall-120 elf ewro.
Fid-dawl ta’ aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija, ġew arrestati wkoll tlett rġiel mill-Veneżwela – Leonardo Jose Marquez ta’ 43 sena u Jose Angel Hernandez Perez ta’ 52 sena – li tressqu l-Qorti u kellhom jgħaddu ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, ġuri li ma seħħx minħabba l-fatt li l-imputati ammettew.
Perez ingħata 8 snin ħabs u 20,000 euro multa filwaqt li Marquez ingħata 4 snin u nofs ħabs u multa ta’ 7,000 ewro.
//= $special ?>