Lokali

Uffiċjal fil-ħabs allegatament tħalli lil Yorgen Fenech jattendi laqgħat ma’ negozjanti fl-uffiċċju tagħha

Svetlana Muscat fuq forced leave wara li kienet interrogata mill-Pulizija

Svetlana Muscat, Head of Strategy għall-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi, spiċċat fuq forced leave wara li kienet interrogata mill-Pulizija tul il-jum tas-Sibt li għadda.

Dan ġie kkonfermat mill-Ministeru għall-Intern mal-gazzetta MaltaToday wara li l-Avukat Jason Azzopardi żvela fuq il-media soċjali li Muscat kienet qed tħalli lin-negozjant Yorgen Fenech, allegatament involut fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, biex jiltaqa’ ma’ negozjanti oħrajn fl-uffiċċju tagħha.

Fenech preżentament qiegħed jistenna biex jgħaddi ġuri b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-istess Avukat Azzopardi sostna li min jagħmel żjara fil-ħabs għandu bżonn permezz ta’ Spettur tal-Pulizija u li jkollu approvazzjoni mill-Qorti… fejn allega li Muscat kisret il-liġi għal Yorgen Fenech u saħaq li dan huwa abbuż oxxen.

Intant, temm jistaqsi, min ta l-permess lil Svetlana Muscat biex tagħmel dan?