Donald Ray Lantz ta’ 63 sena u Jeanne Kay Whitefeather ta’ 62 sena minn West Virginia, qed iwieġbu mhux ħatja ta’ akkużi li ħadmu lil uliedhom adottivi ta’ kartaġġjon skur, bħala skjavi filwaqt li kienu jsakkruhom f’kamra ta’ razzett.
Il-koppja kienu ġew arrestati f’Ottubru tal-2023 wara li sar magħruf li taħt il-kustodja tagħhom hemm ħamest itfal ta’ etajiet 6, 9, 11, 14 u 16-il sena li kienu qed jgħixu fl-agħar kundizzjonijiet possibbli.
It-tfal ta’ 14 u 16-il sena kienu jinżammu f’kamra żgħira li wieħed isib f’razzett għal mill-inqas 12-il siegħa sħaħ bla dawl, ikel u ilma u b’kamera mwaħħla fir-rokna tal-kamra, bil-bżonnijiet tagħhom kienu jsiru f’din l-istess kamra quddiem xulxin.
Mill-kundizzjonijiet li nstabu fihom, it-tfal kienu ilhom sew ma jinħaslu, kienu lebsin ħwejjeġ maħmuġin u saħansitra kellhom feriti f’saqajhom. Dan apparti li huma kienu jorqdu mal-art fuq il-konkrit u ma kellhomx mezz biex joħorġu f’każ ta’ emerġenza.
//= $special ?>