Lokali

COVID 19: Tliet vittmi u 83 l-isptar

Fl-aħħar ftit ġimgħat. tliet perunsi tilfu ħjjithom u 232 oħra ġew ikkoneframti pożittiv għal Covid-19, bi 83  jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura – għalkemm ħadd minnhom ma jinsab fit-taqsima tal-kura intensiva.

Dan ġie kkonfermat mill-Ministru tas-Saħħa, JoEtienne Abela, li stqarr li dawn in-numri huma relatati max-xahar ta’ Ġunju.

Il-Ministru Abela qal ukoll li s’issa għadu ma ġie stabbilit l-ebda varjant ġdid tal-Covid… u li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha. Fil-fatt, fl-Isptar Mater Dei dawk li jkunu qed jieħdu l-kura għall-Covid qed ikunu iżolati biex kemm jista’ jkun il-virus ma jinxteridx.

Matul ix-xahar ta’ Marzu ma kien rreġistrat l-ebda każ ta’ Covid-19, waqt li f’April kienu rreġistrati inqas minn 10. Il-każijiet bdew jiżdiedu f’nofs Mejju waqt li ġew irreġistrati 32 każ fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju, u 84 każ bejn is-17 u t-23 ta’ Ġunju.

Il-Ministeru tas-Saħħa ma konfermax x’inhi r-raġun għal din iż-żieda fil-każijiet. Però jidher li l-maġġoranza tal-każijiet splodew fi żmien meta bdew jitħabbbru r-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ 8 ta’ Ġunju meta ħafna nies inġemgħu fis-sala tal-għadd tal-voti.