EURO 2024 Sport

Draw li jwassal biex iż-żewġ timijiet jikkwalifikaw

(Ritratt: EPA)

SLOVAKKJA…………1

RUMANIJA…………..1

Slovakkja: M. Dubravka, D. Hancko, M. Skriniar, D. Vavro, P. Pekarik (N. Gyomber 92′), O. Duda (M. Bero 92′), S. Lobotka, J. Kucka, L. Haraslin (T. Suslov 70′), D. Strelec (R. Bozenik 70′), I. Schranz (D. Duris 78′)

Rumanija: F. Nita, N. Bancu, A. Burca, R. Dragusin, A. Ratiu, M. Marin, F. Coman (D. Sorescu 58′), N. Stanciu, R. Marin (A. Rus 86′), I. Hagi (D. Man 66′), D. Dragus (G. Puscas 67′)

Imwissija: O. Duda (S), A. Burca 46′, N. Bancu 48′, G. Puscas 88′ (R)

Skorjaw: O. Duda 24′ (S), R. Marin 37′ pen (R)

Referee: Daniel Siebert (Ġermanja)

Draw ta’ 1-1 bejn is-Slovakkja u r-Rumanija wassal biex iż-żewġ timijiet irnexxielhom javvanzaw għall-fażi li jmiss tal-EURO 2024.

Kien Ondrej Duda li poġġa lill-Islovakki fil-vantaġġ wara 24 minuta meta kkonkluda b’daqqa ta’ ras cross ta’ Juraj Kucka.

Iż-żewġ naħat urew l-intenzjoni li jattakkaw bit-tim Rumen iġib l-iskor indaqs qabel il-mistrieħ meta David Hancko waqqa’ lil Ianis Hagi fil-kaxxa. Minn ħdax-il metru kien Razvan Marin li ma żbaljax.

B’dan ir-riżultat, ir-Rumanija temmew l-ewwel fil-grupp filwaqt li l-Islovakkja temmew fit-tielet post. Din kienet l-ewwel darba li r-Rumanija avvanzaw għal mal-aħħar 16 f’20 sena meta l-aħħar li għamlu dan kien fis-sena 2000. Ir-Rumanija kellhom bidu mill-aqwa meta fl-ewwel partita għelbu lill-Ukrajna u wara tilfu kontra l-Belġju.