Il-Beltin illum sellmu lill-aħħar ikona tal-kapitali mill-epoka maġika ta’ Pjazza Reġina u Strada Stretta –Vinny Vella.
Fiċ-ċrieki mużikali, Vinny Vella kien meqjus bħala “surmast” uniku u “leġġenda mużikali”.
Il-band tiegħu Vinny’s Blue Jackets kienet iddur kull rokna tal-kapitali. Il-mużika ta’ Vinny Vella tiddomina għal kważi tliet deċenji – mis-snin 50 sas-snin 80.
Fil-fatt, Vella kien wieħed mill-mużiċisti primi tas-seklu l-ieħor flimkien ma’ Wiġi Fiteni tal-pjanu, Oscar Lucas, Ġużi u Pawlu Curmi, Frank Bibi Camilleri, Jimmy Dowling u Lee Spiteri fost l-oħrajn.
Vinny u l-orkestra tiegħu daqqew ma’ kantanti magħrufa bħal Bobby Solo u Albano. Hu kellu esperjenzi barra minn pajjiżna, filwaqt li daqq anke quddiem ir-Reġina Eliżabbetta II.
Vinny Vella kellu 95 sena, u kien missier ta’ tlett itfal.
//= $special ?>