EURO 2024 Sport

Georgia jiktbu l-istorja

(Ritratt: EPA)

GEORGIA……………2

PORTUGALL……….0

Georgia: G. Mamardashvili, L. Dvali, G. Kashia, G. Gvelesiani (S. Kverkvelia 76′), L. Lochoshvili (G. Tsitaishvili 63′), O. Kakabadze, G. Kochorsashvili, O. Kiteishvili, G. Chakvetadze (A. Mekvabishvili 81′), K. Kvaratskhelia (Z. Davitashvili 82′), G. Mikautadze

Portugall: D. Costa, G. Inacio, D. Pereira, A. Silva (N. Semedo 66′), P. Neto (D. Jota 75′), J. Neves (M. Nunes 75′), J. Palhinha (R. Neves 46′), D. Dalot, J. Felix, F. Conceicao, C. Ronaldo (G. Ramos 66′)

Imwissija: C. Ronaldo 28′, P. Neto 44′, R. Neves 53′ (P), A. Mekvabishvili 58′ (G)

Skorjaw: K. Kvaratskhelia 2′ , G. Mikautadze 57′ pen (G)

Referee: Stefan Lupp (Ġermanja)

Georgia kitbu l-istorja meta għall-ewwel darba rnexxielhom javvanzaw għall-fażi tal-aħħar 16 ta’ kompetizzjoni maġġuri.

Il-Portugall kien diġà rebħu Grupp F, iżda ma stennewx bidu mill-aqwa mill-avversarji tagħhom meta wara biss żewġ minuti kien Khvicha Kvaratskhelia li b’xutt fil-baxx għeleb lil Diogo Costa.

Georgia baqgħu jkunu perikolużi u rdoppjaw f’nofs it-tieni taqsima permezz ta’ penalty ta’ Georges Mikautadze li b’dan il-gowl ġie l-aqwa skorer tal-kompetizzjoni bi tliet gowls.

Ir-rebħa ta’ Georgia qed titqies bħala waħda mill-aktar stejjer mhux mistennija matul din l-EURO 2024 hekk kif huma kienu l-anqas tim li kellu pussess mit-timijiet kollha fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-EURO 2024 iżda bil-mod organizzat tagħhom irnexxielhom jaslu sa mal-aħħar 16.