Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo m’għandux idea minn fejn ġej il-leakage tad-drenaġġ fil-bajja tal-Balluta. Dan minkejja li l-Gvern stess ħareġ numru ta’ twissijiet biex ma jsirx għawm f’ċertu bajjiet – partikolarment fin-naħat ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan, iżda mhux biss.
Net News staqsa lill-Ministru Bartolo minn fejn ġej dan il-leakage, bil-Ministru jgħidilna biss li għadha qed issir investigazzjoni.
Il-Ministru Bartolo jimplika illi din il-kriżi ma taqax taħt il-Ministeru tiegħu; imma taħt il-Ministeru ta’ Miriam Dalli li tieħu ħsieb il-Water Services.
Il-Ministru Calyton Bartolo ma weġibx lanqas x’effett qed tħalli din l-istraġi fuq is-settur turistiku; sitwazzjoni li bla dubju qed tolqot ukoll lil diversi familji Maltin, li fis-sajf jagħżlu li jmorru jirrilassaw ħdejn il-baħar.
//= $special ?>