Lokali

Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Malta Business Awards 24

Il-Malta Chamber of SMEs flimkien mal-Malta Enterprise nidew it-tielet edizzjoni tal-Malta Business Awards fejn wieħed għandu ċans sal-bidu ta’ Awwissu biex japplika għal dawn l-unuri li jippremjaw lin-negozji.

Dawn l-awards għandhom l-għan li jirrikonoxxu lil dawk in-negozji lokali li qed jagħtu kontribut lis-soċjetà Maltija, kif spjegat il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs, Abgail Agius Mamo.

L-applikazzjoni tinqasam f’setturi varji skont id-direzzjoni tan-negozji, u wieħed jista’ japplika fuq is-sit maltabusinessawards.mt.

Fil-ġranet li ġejjin se jsir webinar bi spjegazzjoni fuq din l-applikazzjoni sabiex wieħed jassigura li jippromwovi n-negozju tiegħu b’dettalji suffiċjenti.

Imbagħad, il-ġurija tevalwa l-applikazzjonijiet kollha sabiex imbagħad issaqsi għadd ta’ mistoqsijiet lis-sidien tan-negozji, biex eventwalment tidħol l-aħħar fażi fejn tibda l-evalwazzjoni u jintgħażlu t-tliet rebbieħa ta’ dawn l-unuri.