Quddiem l-Imħallef Edwina Grima, id-difiza tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat sfidaw l-ordni ta’ qbid u ffriżar. L-ammont stabbilit mill-prosekuzzjoni, fil-konfront ta’ Muscat huwa ta’ €30 miljun , izda l-avukati difensuri argumnetaw li l-ammont sekwestrat għandu jkun ibbażat fuq is-somom (€60,000) li hemm imsemmija fil-proċess verbal. L-avukati saħqu li l-prosekuzzjoni jeħtieġ tipprovdi evidenza ċara minn fejn ġabet il-figuri anke fid-dawl tal-fatt li l-kumpanija Sciacca Grill kellha wkoll ordni ta’ sekwestru izda ħareġ ċar li ma kienx hemm provi biżżejjed kontra t-tali kumpanija biex jgħaddu ġuri u għaldaqstant ġiet illiberata.
Fil-konfront tal-kumpanija Sciacca Grill, l-avukati difensuri ddikjaraw li qed jitolbu r-revoka tal-ordni ta’ qbid u ffriżar, dan wara li l-kumpanija ġiet liberata permezz ta’ deċiżjoni tal-Maġistart Rachel Montebello wara li rriżulta li ma kienx hemm raġunijiet biżżejjed biex Sciacca Grill titqiegħed taħt att ta’ akkuża.
Id-difiża ta’ Adrian Hillman li jinsab akkużat bi frodi u ħasil ta’ flus, qalet li m’hemm l-ebda prova dokumentata jew prova fil-konfront tiegħu. L-avukat ddikjara li l-prosekuzzjoni ressqet lil Hillman sempliċiment fuq suspett għaliex Hillman huwa ħabib ta’ Keith Schembri. Sostna li l-Qorti jeħtieġ li tara li hemm verament raġuni valida wara l-ammont stabbilit fil-freezing order.
//= $special ?>