EURO 2024 Sport

L-EURO 2024 ma tħallix l-impatt mixtieq fuq l-ekonomija Ġermaniża

(Ritratt: EPA)

L-EURO 2024 jihder li mhux qed tħallix l-impatt mixtieq fuq l-ekonomija fil-Ġermanja. Dan wara li studju mill-ifo Institute sab li l-Business Climate Index fost aktar minn 9,000 kumpanija fil-Ġermanja niżel minn 89.3 punt f’Mejju għal 88.6 punt f’Ġunju.

Dan kontra dak li kien mistenni hekk kif bosta ekonomisti previdew li dan jilta’ għal 89.7 punt. Jidher li l-fattur ewlieni għal dan ir-riżultat kien minħabba li jidher li n-negozju fis-sitt xhur li ġejjin mhux se jkun daqshekk b’saħħtu.

L-ifo Institute qal li l-EURO 2024 ma kinitx se ġġib dak li sejħitlu bħala sajf maġiku għall-ekonomija Ġermaniża minkejja li din il-kompetizzjoni qed ssir f’dan l-istess pajjiż. Huwa mbassar li l-EURO 2024 ġġib iżda mpatt pożittiv fuq s-settur turistiku hekk kif bosta persuni vjaġġaw lejn il-Ġermanja sabiex isegwu l-partiti.

Gerome Wolf wieħed mir-riċerkaturi tal-ifo qal li dan l-impatt pożittiv se jkun wieħed qasir u jistenna li s-settur turistiku jirritorna għan-normal lejn l-aħħar kwart tas-sena.